Home Mill-Mahzen Spring Fest
Spring Fest PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Monday, 12 April 2010 07:47

Festa li tibqa imfakkra

 

F'atmosfera ta' festa, giet fi tmiemha t-tieni edizzjoni tal-Malta Springfest f'Hal Qormi - attivita` li kienet mifruxa fuq jumejn u li bhall-Qormi Wine Festival issa stabilixxiet ruhha fil-kalendarju nazzjonali tal-attivitajiet kulturali. Kienet festa li fissret hafna, l-aktar minhabba l-fatt li saret fl-gheqqel ta' xahar impenjattiv ghall-Kumitat Festi Esterni u f'nofs diversi attivitajiet li saru f'irhula ohra - ghalhekk is-success huwa akbar!

 

Kienu mijjiet dawk li bejn is-Sibt u l-Hadd zaru l-Belt Pinto. Hafna kienu dawk li kkummentaw dwar l-organizzazjoni impekkabbli ta' din l-attivita`. Ohrajn fahhru l-ikel bnin li preparajna. Uhud apprezzaw id-diversi wirjiet kulturali li kellna waqt il-Festa tar-Rebbiegha waqt li kien hemm min ukoll gawda din il-festa b'xarba friska f'idu waqt li segwa l-ispettaklu ta' kant u muzika li gie prezentat.

 

Is-serata intemmet b'kuncert mid-duo Greenfields u mill-kantant popolari Enzo Gusman, fost l-entuzjazmu u l-kant ta' dawk kollha prezenti fi Triq il-Kbira hdejn il-Knisja ta' San Gorg.

 

It-tieni edizzjoni tal-Festa tar-Rebbiegha organizzata mill-Kumitat Festi Esterni kienet attivita` li taghti kuragg u tawgura tajjeb hafna biex tibqa issir fis-snin li gejjin.

 

 

 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday315
mod_vvisit_counterYesterday507
mod_vvisit_counterThis week1263
mod_vvisit_counterThis month16744
mod_vvisit_counterAll2458048
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -