Home Attivitajiet It-tieni edizzjoni tal-Festa tar-Rebbiegha
It-tieni edizzjoni tal-Festa tar-Rebbiegha PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by Website Publisher Manager   
Monday, 05 April 2010 17:01

Springfest 2010

 

poster_spring_2010

 

Bejn nhar is-Sibt u l-Hadd il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri ta’ Hal Qormi se jkun qed jorganizza t-tieni edizzjoni tal-Festa tar-Rebbiegha (The Malta Springfest 2010) fit-toroq l-antiki ta’ Hal-Qormi. F’dawn il-jiem il-Belt Pinto se tiehu xehta differenti b’bosta attrazjonijiet u tizjijn li jipromwovu il-prodott agrikolu u l-artigjanat Malti.

 

 

 

 

Il-Festa tar-Rebbiegha tiftah is-Sibt li gej b’serata kbira ta’ ghana li fiha se jiehdu sehem l-aqwa ghanneja lokali. Fost l-ohrajn se jkun hemm Ghana tal-fatt, Ghana tal-banju, makjetti u Ghana tal-botta u risposta. Minbarra kitaristi rinomati, se jkun hemm ukoll daqq bil-mandolina f’atmosfera mill-isbah qrib il-Knisja ta’ San Gorg.

 

DSCF4119

 

Il-Hadd 11 t’April l-attivitajiet jibdew fl-10am matul it-toroq ta’ Hal Qormi fejn se jkun hemm numru ta’ bejjiegha tal-hxejjex u frott. Fl-istess attivita` ser ikun hemm ghal wiri diversi stands tal-ghasel, statwi, snajja’, fjuri u diversi stands ohra li juru is-sengha Maltija.

 

DSCF4059

F’din l-attivita se jigu prezentati zewg wirjiet artistici differenti - wahda dwar l-artist Aaron Camilleri Cauchi fil-Knisja ta San Frangisk, u ohra tal-artist Qormi Silvio Pace fil-kappella tal-Madonna tal-Qrejqca.

 

Waqt din l-attivita` ser ikun hemm tlett stages - wiehed fejn il-knisja ta’ San Gorg, iehor fi Pjazza San Frangisk u iehor fit-tarf ta’ Triq Anici.

 

Hdejn il-Knisja ta’ San Gorg Martri se jkun hemm kantanti lokali, muzika tradizzjonali kif ukoll kuncert ta’ tlett sighat u show min the Greenfields u Enzo Gusman. Fuq l-istage ta’ Pjazza ta San Frangisk ser ikun hemm zewg kuncerti - wiehed mill-banda Anici u iehor mill-banda San Gorg Martri. Fuq l-istage l-iehor ser ikun hemm diversi kantanti godda fejn ser ikollhom l-opportunita` li jkantaw ghal ewwel darba.

 

Ma jonqosx ukoll li jinfethu iz-zewg shelters li jmorru lura ghal zmien it-tieni gwerra dinjija. Se jippartecipaw ukoll diversi ghaqdiet lokali, fosthom il-grupp tal-iScouts, u artisti li ser ikollhom l-opportunita juru ix-xoghol taghhom f’din  l-attivita` ghal familja kollha. Se jkun hemm ukoll pony rides.

 

Matul il-gurnata ser jsir it-tberik kemm taz-zwiemel (fil-10:00) kif ukoll ta l-annimali (fil-11:00).

 

Il-Festa tar-Rebbiegha se tipprezenta wirjiet tar-rettili, show tal-qtates, esebizzjoni tal-klieb, show tal-fniek, show tal-ghasafar, wirja tal-fancy poultry, wirja tal-hamiem u wirja tal-annimali.

 

Ghaqdiet differenti minn madwar Malta se jipprezentaw ukoll bandalori u pavaljuni li jintramaw fil-festi rispettivi.

 

Ghal aktar informazzjoni wiehed jista’ jzur is-sit eletroniku www.festiesterniqormi.org.

 

Il-Festa tar-Rebbiegha qed issir mill-Kumitat Festi Esterni u l-Kunsill Lokali ta’ Hal Qormi bl-ghajnuna tas-Segretarjat ghall-Konsumatur, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika. Bl-ghajnuna ukoll tal-MTA, il-Malta Arts Council u d-Divizjoni ghall-Kummerc.

 

DSCF3987

 

ll-programm:

1000              ftuh tal-istands

1000              tberik taz-zwiemel

1030              marc mill-Banda San Gorg Martri

1030              jifthu zewg wirjiet artistic

1030              tiftah wirja kbira tal-frawli

1100              tberik tal-annimali

1100              tibda l-fiera fi Triq il-Kbira

1115              jifthu z-zewg shelters ta’ zmien it-Tieni Gwerra Dinija

1130              Jibda spettaklu ta’ kant u muzika

1500              esebizzjoni mill-ghaqda tal-klieb

1600              spettaklu ghat-tfal

1730              marc mill-Banda Anici

1800              taghlaq il-kompetizzjoni tal-hxejjex

1830              jinghataw il-premijiet lir-rebbieha

1900              jibda spettaklu ta’ kant u muzika

2230              tispicca l-attivita` bi spettaklu kbir fuq il-Palk Principali

 

 

 

 

 

 

 

Last Updated on Monday, 12 April 2010 15:21
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday521
mod_vvisit_counterYesterday531
mod_vvisit_counterThis week1950
mod_vvisit_counterThis month14370
mod_vvisit_counterAll2475288
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -