Home Mill-Mahzen Lehen il-Belt Gorgjana - 2010
Lehen il-Belt Gorgjana - 2010 PDF Print E-mail
Grajjiet Kurrenti
Written by WebSite Administrator   
Tuesday, 19 January 2010 09:25

Skeda Gdida...

 

New Radio Logo


L-iskeda l-gdida tar-Radju Lehen il-Belt Gorgjana se tibda ufficjalment fis-17 ta' Frar, bix-xandiriet jibdew fil-bidu tal-istess xahar. Ghal din l-iskeda kollox tlesta sal-inqas dettal u b'mod professjonali. Dan filwaqt li bhalissa ghaddejin l-ahhar thejjijiet fl-istudios fi Triq il-Kbira, bl-introduzzjoni ta' apparat gdid u modern.

Il-Kumitat Festi esterni haseb biex din is-sena jestendi x-xandiriet fuq il-frekwenza 105.6fm ghal hames xhur shah - minn Ras ir-Randan sal-gimgha tal-festa ta' San Gorg.

It-tmexxija tar-Radju se tigi fdata f'idejn il-Kummissjoni li twaqqfet apposta. Din il-Kummissjoni ilha ghal bosta gimghat tahdem fuq l-iskeda, il-programmi, ix-xiri tal-apparat, kif ukoll il-gbir tar-reklami ghar-Radju. B'hekk Lehen il-Belt Gorgjana mistenni jerga jikseb postu fil-qalba ta' kull dar gewwa l-Belt Pinto bhala r-Radju tal-Qriema kollha.

Din is-sena ir-Radju qed iniedi ukoll identita` gdida, b'logos godda u anke jingles li inhadmu apposta biex tkompli tinghata dehra aktar professjonali.

105.6fm se jkun qed ixandar minn kmieni filghodu bil-Breakfast Show 'Qumu Maghna', li jsegwi wara r-ruzarju u x-xandira diretta tal-quddiesa mill-Knisja Arcipretali u Arcimatrici. Ma jonqsux programmi informattivi, muzika, diskussjonijiet, programmi ta' marci, programmi socjo-religjuzi, muzika klassika, radju-drammi, loghob, kompetizzjonijiet u hafna aktar.

L-iskeda shiha tithabbar fil-jiem li gejjin.

Last Updated on Monday, 25 January 2010 08:31
 

Statistika

mod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_countermod_vvisit_counter
mod_vvisit_counterToday475
mod_vvisit_counterYesterday601
mod_vvisit_counterThis week4328
mod_vvisit_counterThis month14336
mod_vvisit_counterAll2550928
Visitors Counter 1.5

Sponsors



Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -