| Sezzjoni Zghazagh |
|
|
|
| Min Ahna ? | ||||||||||||||||
| Written by Website Publisher Manager | ||||||||||||||||
| Saturday, 04 April 2009 13:59 | ||||||||||||||||
Sezzjoni ZghazaghBi storja kbiraIl-Kumitat Festi Esterni min dejjem haddan fih zghazagh li jghatu sehemhom sabiex jigu orrganizzati attivitajiet biex jingabru fondi ghall-festa ta’ San Gorg, u fl-istess waqt jghatu sehemhom fir-restawr ta’ l-armar. Is-Sezzjoni Zghazagh twaqqfet fis-26 t'Ottubru 2000. Fost l-ewwel kontribuzzjonijiet li tat, kien hemm l-attivita` Lejla Gorgjana, u l-Wirja tal-Milied fil-mahzen. Kienet inizjattiva ferm sabiha u ghaqlija li l-kumitat hareg biha li ghaqqad iz-zghazagh li jattendu il-mahzen f’sezzjoni li torganiza attivitajiet varji.Wara xhur shah ta’ hidma, saret l-ewwel laghqa li fiha nhatru l-karigi ufficjali. Kien it-Tlieta 9 ta’ Jannar 2001 fis-7.30 ta’ filghaxija.
Tlaqett l-ewwel seduta tas-sezzjoni Zghazagh gewwa il-mahzen ta’ l-armar ta’ San Gorg. Kien propju is-Segretarju Pawlu Sammut u l-Kaxxier Michael Muscat fejn f’ laqgha eccitanti hafna ghalina, is-segretarju spjegalna l-ideat li kellu il-kumitat ghas-sezzjoni. F’din l-istess laqgha gew prezentati l-ewwel segretarju, Josef Aquilina, kif ukoll l-ewwel PRO, Pierre Apap, sabiex issir struttura ghas-sezzjoni, li sa dak iz-zmien kienet diga ilha xhur tghati s-sehem taghha. L-ewwel sezzjoni kienet iffurmata b’dawn il-membri: Antoine Borg, Stephen Cauchi, Stephen Debono, Mark Cremona, Antoine Mifsud, Christopher Mifsud, Matthew Muscat u Jonathan Zammit, Alfred Chetcuti, Natalino Xuereb, Justin Zahra, Mario Sammut, Pierre Mallia, Stephen Meilaq,Frans Mintoff u Vincent Sammut. Gew prezentati ukoll zewg rapprezentanti tal-Kumitat fis-Sezzjoni: Silvio Debono u Victor Cilia.
![]()
Komplew jissahhu l-ewwel zewg attivitajiet tas-Sezzjoni, u bdiet issir il-Wirja tal-Gimgha Mqaddsa. Ta min isemmi li l-ewwel wirja tal-Gimgha Imqaddsa saret bi statwi ‘life size’ - li kienet innovazzjoni fil-Parocca. Is-Sezzjoni ffirmat kuntratt sabiex jigu organizzati attivitajiet specifici bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. Dan il-kuntratt kien ferm important ghaliex b’hekk is-Sezzjoni Zghazagh issahhet u zdiedu aktar attivitajiet grazzi ghal din l-ghajnuna finanzjarja.Is-sena 2002 kienet wahda inpenjattiva biz-zieda ta’ zewg attivitajiet ohra - il-BBQ ta’ Lulju fl-Ghadira kif ukoll l-lejla ta’ varjeta` u muzika fil-Milied. Ma’ dawn l-attivitajiet komplejna insahhu u insebhu il-wirja ‘life size’ tal-Gimgha Imqadsa kull sena b’tema differenti kif ukoll l-Lejla Gorgjana b’bosta kantanti rinomati u b’xeni mill-isbah fuq l-istage principali - kollu xoghol l’istess sezzjoni. Matul iz-zmien is-Sezzjoni ghaddiet min diversi tibdiliet ta persuni li jieqfu mis-Sezzjoni u ohrajn jissiehbu godda. Inhatru ukoll garigi godda. Ix-xoghol fuq is-segretarju u l- P.R.O zdiet u ghalhekk inhass il-htiega li jizdiedu l-karigi ta’ Vici-PRO u l-Vici-Segretarju.Fis-Sena tac-Centinarju mill-Mewt tal-Patrun Taghna San Gorg (2003) saru zewg progetti kbar mis-Sezzjoni Zghazagh. Inharget CD bl-isem 'Lill-Kbir Martri ta’ Lidda', kompozizzjoni ta’ Mro. Andrew Zammit.F’din ic-CD gew migbura diversi siltiet muzikali fejn fiha giet spjegata l-hajja ta’ San Gorg, u l-martirju tieghu. Il-kliem kollu ta din ic-CD inkiteb mill-Kav. George Bianchi. Din ic-CD giet introdotta waqt il-Lejla Gorgjana fejn indaqqew is-siltiet kollha ‘Live’. Matul l-2003 membri mis-Sezzjoni komplew jaghtu l-ghajnuna tahhom fir-restawr tal-knisja, fejn kien qed jsir xoghol intensiv bi preparazzjoni ghal festi centinarji. Dan ix-xoghol kien ilu ghaddej ghal tliet snin shah. Progett iehor li zanznet is-Sezzjoni Zghazagh kien l-istatwa ta San Gorg tal-gebel li tinsab fiz-zona Ta’ Farzina. Dan kien l-akbar progett li qatt dahlet ghalih is-sezzjoni fl-istorja tahha. Kien propju fuq inizjattiva tal-ewwel segretarju Josef Aquilina fejn f’seduta ipropona li ssir statwa fil-limiti tal-parocca taghna. Is-Sezzjoni laqet dan il-progett bi hgara u ftit taz-zmien bdew jingabru fondi minghand il-paruccani biex issir din l-istatwa. Ix-xoghol sar kollu min Christopher u Antoine Mifsud, li kienu zewg membri fis-Sezzjoni, filwaqt li d-disinn tal-pedistall sar mill-artist Qormi Silvio Pace. Kien propju fil-25 ta’ April 2004 meta f’cerinmonja simbolika hafna, li mmarkat l-gheluq tal-festi centinarji mill-mewt ta’ San Gorg, giet inawgurata din l-istatwa li kompliet timmarka l-istorja b’sahhita tas-Sezzjoni Zghazagh. Waqt din l-istess cerimonja sar marc miz-zewg baned tal-parocca taghna u sahansitra daqqew ghal ewwel darba flimkien l-Innu Popolari ‘Fjur ta’ Martri’ u l-Innu Marc 'Gorgi Taghna'. Ix-xoghol ghas-Sezzjoni ma waqafx hawn. Maz-zmien zdiedu bosta attivitajiet ohra, barra l-attivitajiet tas-sezzjoni. Iz-zghazagh komplew jghatu sehemhom fix-xoghol ta l-armar - Il-hegga biex jsir xoghol gdid ta armar mis-sezzjoni zghazagh qatt ma naqas. Dan kien ta inkoragiment ghall-Kumitat u sahansitra ghal volontiera ohra li jinkoragijhom sabiex jattendu aktar il-mahzen.Is-Sezzjoni kienet ukoll ta ghajnuna kbira fl-attivitajiet li jorganizza il-Kumitat. Fost l-ohrajn fil-festi li jsiru fis-Sajf fejn il-Vitorja, fuq Tal-Blat kif ukoll tal-Hlas. Is-Sezzjoni hadet hsieb li torganizza l-armar ghal dawn it-tlett festi prestigjuzi biex b’hekk tinzamm tradizzjoni antika.Issir hidma kbira ghall-‘Qormi Wine Festival’, li issa dahal sew fil-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali. L-ghajnuna ma kinitx biss fl-attivita innifisa izda ukoll fil-wirja li tigi organizzata gimgha qabel l-attivita bis-suggett ikun l-istorja ta’ l-inbid gewwa Hal-Qormi. Matul is-snin li ilha imwaqfa is-Sezzjoni dehru diversi tibdiliet, fosthom il-hatra tat-tieni Segretarju. Kien propju fis-seduta tal-10 ta’ Jannar 2006 meta Josef Aqulina habbar li ser jirrizenja minn Segretarju ghaliex gie mahtur fil-Kumitat. F’elezzjoni li saret waqt din l-istess seduta il-membri tas-Sezzjoni hatru lil Mark Cremona bhala t-tieni Segretarju. F’dik is-sena bdiet issir il-Lejla Muziko-Letterarja li tigi organizzata fix-xahar tal-Milied b’risq id-Dar tal-Providenza. Beda jsir ukoll BBQ iehor, din id-darba qabel il-festa.Izda hu zgur li wiehed mill-impenji ewlenin tal-ahhar snin kien ir-radju tal-komunita ‘Lehen il-Belt Gorgjana’. Kienet holma li bis-sahha tal-membri tas-Sezzjon saret rejalta. Is-Sezzjoni Zghazagh qedgha thares ‘il quddiem b’impenn biex twettaq aktar attivitajiet. Se jkompli jsir xoghol ta’ restaw fl-armar - izda dan minghajr fondi ma jsehhx. Ghalhekk is-Sezzjoni qedgha tahdem sabiex tkompli timpenja ruha u tistinka biex bis-sahha ta bosta attivitajiet tigbor aktar fondi. It-titjib u l-organizzazjoni fi hdan is-Sezzjoni Zghazagh ikompli isahhah dak li ilha tahdem ghalih matul dawn l-ahhar snin. Sezzjoni Zghazagh
Sezzjoni Zghazagh - Kumitat Festi Esterni
![]()
Ritratt - Noel PhotoStudio - Qormi 23 t'April 2009 |
||||||||||||||||
| Last Updated on Sunday, 10 May 2009 06:19 |
Ahbarijiet Kurrenti
Min Ahna?
Qormi Wine Festival
Lehen il-Belt Gorgjana
Materjal Interativ
Arkivju
Sponsors
Mailing List
Tema'

L-Opinjoni tieghek ...
User Login
Shout Box
- WebSite Admi : Website is updated
- WebSite Admi : Website is updated
- WebSite Admi : Website is updated
- WebSite Admi : Website is updated
- WebSite Admi : Website is updated
Only registered users are allowed to post
Rapport tat-Temp
Valletta, , MT
26°C, Windchill: 26°C
Wind: 10 kph SW
Humidity: 57%
Visibility: 0 km
pressure: 1,014 mb steady
Sunrise: 6:37 am
Sunset: 7:23 pm

Hi: 30°C, Low: 23°C

Hi: 31°C, Low: 23°C
Aggornamenti
L-Aktar Artikli Popolari
Sezzjonijiet Ohra
Powered by www.ThinkFreshSolutions.com.
- ©2009 Kumitat Festi Esterni AD 1919, Qormi - Malta -
Sezzjoni Zghazagh














Comments